Arabja Sawdita 2-1 Eġittu

L-Arabja Sawdita spiċċaw fit-tielet post fi Grupp A wara li rebħu l-ewwel logħba tagħhom fit-Tazza tad-Dinja sa mil-1994 ġewwa l-Volgograd arena. Mohamed Salah skurja t-tieni gowl tiegħu fit-turnew wara 22 minuta meta għolla l-ballun minn fuq ras il-goalkeeper tal-Arabja Sawdita.

Fit-38 minuta l-goalkeeper Eġizzjan ta’ 45 sena, l-ixjeħ plejer li qatt lagħab f’edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, laqa’ penalty sabiex ċaħħad lill-Arabja Sawdita mid-draw. Madanakollu x-xorti ma kinitx favurihom hekk kif l-Arabja Sawdita ngħataw penalty ieħor fil-ħin miżjud wara l-użu tal-VAR. Salman Al Faraj ma tilifx l-okkażżjoni li jnaqqas d-distakk hekk kif ix-xutt tiegħu għeleb lil Essam El Hadary.

L-Arawbja Sawdita kellhom ħafna mill-pussess tal-ballun u kienu ferm iżjed perikolużi mill-Eġittu li ddiżappuntaw matul it-tieni taqsima. Salem Al Dawsari ta r-rebħa lill-Arabja Sawdita meta għamel l-iskor 2-1 b’xutt fil-baxx li spiċċa fir-rokna.

Miġjub lilek minn Hublot