Arabja Sawdija: L-abbuż domestiku issa att kriminali

Fl-Arabja Sawdija din il-ġimgħa għaddiet liġi fejn għall-ewwel darba l-abbuż domestiku beda jitqies bħala att kriminali. 

L-akkużati jistgħu jaffaċċjaw bejn xahar u sena priġunerija, jew jingħataw multa ta’ bejn l-€1,000 u l-€10,000.

Sa issa, il-vjolenza domestika kienet għadha trattata bħala materja privata.

Iżda din il-liġi li ġiet ivvutata mill-Kunsill tal-Ministri, tipprojbixxi kull tip ta’ abbuż – fiżiku, psikoloġiku u sesswali, kemm fid-dar kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.