Arabja Sawdija: 50 isem li ma jistax jingħata lit-trabi

Il-Ministeru tal-Intern fl-Arabja Sawdija mhux se jagħti permess li t-trabi jingħataw isem minn lista ta’ ħamsin li ġew dikjarati li jmorru kontra l-kultura u r-reliġjon tal-pajjiż.
Il-ġenituri mhux se jkunu jistgħu jagħtu lill-uliedhom ismijiet bħal Linda, Alice, Elaine jew Binyamin wara li l-Ministeru ħareġ il-lista tal-ismijiet li ma jistgħux jintużaw aktar.
Il-gazzetta Gulf News irrappurtat li xi ismijiet ma jistgħux jingħataw għax huma meqjusa li mhumiex Għarab jew Iżlamiċi jew saħansitra joffendu l-kultura jew ir-reliġjon tal-pajjiż.
Xi ismijiet mhux aċċettati għax jitqiesu li huma barranin jew ‘mhux addattati’.

L-ismijiet kollha huma: Malaak (anġlu), Abdul Aati, Abdul Naser, Abdul Musleh, Binyamin (bl-Għarbi għal Benjamin), Naris, Yara, Sitav, Loland, Tilaj, Barrah, Abdul Nabi, Abdul Rasool, Sumuw, Malika, Mamlaka, Tabarak (imbierka), Nardeen, Sandy, Rama (alla tal-Ħindu), Maline, Elaine, Inar, Maliktina, Maya, Linda, Randa, Basmala, Jibreel (l-anġlu Gabriel), Abdul Mu’een, Abrar, Iman, Bayan, Baseel, Wireelam, Nabi, Nabiyya, Amir (prinċep), Taline, Aram, Nareej, Rital, Alice, Lareen, Kibrial u Lauren.