Ara x’tista’ tagħmel bil-fliexken tal-plastik vojta

Spiss nisimgħu dwar l-importanza li nifirdu l-iskart biex nirriiċiklaw. Però qatt ħsibt li apparti dan, tista’ ssib ukoll użu għall-fliexken tal-plastik li jkollok fid-dar?

Illum naqsu miegħek ftit ideat.

1. Biex terfa’ fihom

Il-biċċiet ta’ isfel tal-flieken tal-plastik huma ideali biex terfa’ fihom: zokkor, melħ, għaġin, piżelli niexfa, fażola … il-lista ma’ tispiċċa qatt. U ma jkollokx għalfejn tonfoq il-flus biex tixtri kontenituri apposta.

2. Biex tiffranka l-ilma fit-tojlit

Jekk għad għandek tojlit li juża ħafna ilma meta tifflaxxja iffranka l-ilma u l-flus billi timla bl-ilma flixkun tal-plastik vojt ta’ litru u tpoġġih fejn jimtela l-ilma tal-flaxxing. B’hekk kull darba li tifflaxxja tuża anqas ilma.

3. Biex terfa’ l-biċċiet tal-ġugarelli

Xi ġugarelli tat-tfal ikunu magħmula minn bicciet zgħar biex it-tfal jgħaqqduhom flimkien. Biex terfa’ dawn il-biċċiet tista’ tuża flixkun vot tal-plastik kbir, taqta’ ‘tieqa’ fil-ġenb u titfa’ l-biċċiet tal-ġugarelli fih.

4. Biex tagħmel lenbut

Aqta’ flixkun tal-plastik minn nofs u żomm dik il-parti fejn hemm iż-żennuna. B’hekk ikollok lenbut ġdid bla ma tonfoq xejn.

5. Biex iżżomm il-freezer kiesħa

Imla’ bl-ilma jew fruit juice ftit pakketti vojta tal-ħalib tal-litru. Laħlaħ sew qabel timlihom. Poġġihom fil-freezer u ħallihom jibbiesu u b’hekk jekk toħodhom miegħek  ħdejn il-baħar jew f’xi piknik. B’hekk iżommulek l-ikel frisk. Jekk ikollok spazju fil-freezer ħalli xi pakketti minn dawn bl-ilma ffriżat. Freezer mimli sew juża inqas enerġija u b’hekk tiffranka fil-kont tad-dawl. Meta timla l-fliexken ħalli ftit vojt fih għax l-ilma jespandi meta jiffriża.

6. Biex tagħmel bexxiexa

Jekk għandek xi pjanti u m’għandekx bexxiexa tista’ tagħmel waħda malajr bi flixkun tal-plastik. Imla bl-ilma flixkun tal-plastik, dawru rasu ’l isfel u fil-wiċċ tgħaqqad ftit toqob. Meta ddawru mill-ġdid tista’ ssaqqi bih. Tinsiex biex ma ddawrux qabel ma tasal ħdejn il-pjanti għax timla kullimkien bl-ilma.

7. Biex taħżen iz-zokkor

Iz-zokkor wara ftit li tixtrih jibda jagħqad flimkien u jsir iebes, l-aktar mal-ġnub tal-kontenitur. Biex dan ma jiġrix ibda erfgħu fil-fliexken tal-plastik vojta taż-żewġ litri li taqtgħalhom il-biċċa ta’ fuq. Ferra z-zokkor fih u peress li z-zokkor jibqa’ mlaħlaħ dan jibqa’ ma jibbisx għax ma jkunx kompressat. Għatti l-wiċċ tal-flixkun b’biċċa tal-plastik imdawra bil-lastiku.

8. Biex tagħti rigal fihom

Kulma jkollok bżonn biex tuża qiegħ ta’ flixkun biex tagħti rigal fih hi biċċa żogarella sabiħa li torbothakif tidher fl-istampa.

9. Biex tiġbor flimkien il-lapsijiet, biros, eċċ

Il-lapsijiet, biros, gomom, eċċ li jużaw it-tfal (u int ukoll) għàndhom ħabta jisparixxu u ma ssibhomx. Uża flixkun tal-plastic, żejnu b’xi stampa li twaħħal fuqu u dawn isibu posthom malajr.