Ara x’tagħmel din l-omm lil bintha qabel tibda l-iskola

Instagram: moderndaymumma
Instagram: moderndaymumma

Kull ġenitur jipprova jagħmel il-ħajja tiegħu iktar faċli u juża xi tattika mhux tas-soltu. Ħafna drabi dawn l-invenzjonijiet ma jsir jaf bihom ħadd. Iżda din l-omm iddeċidiet li taqsam din l-invenzjoni ma’ 27,000 persuna li jsegwuha fuq Instagram.

L-omm tellgħet ir-ritratt  titfa’ l-ketchup fuq xagħar bintha u kitbet li dan huwa l-mod kif għandu jintemm kull sajf għal dawk il-persuni li huma bjondi. Hija spjegat li qabel mat-tifla tibda l-iskola wara l-btajjel tas-sajf, tuża l-ketchup biex tiġġieled il-ħsara li ssir f’xagħar bintha minħabba l-klorin li jintuża fil-pixxini.

Din il-post irċeviet madwar 800 like fuq instagram u diversi persuni kkumentaw li ma kinux jafux b’din it-tattika. Oħrajn qalu li l-ġenituri tagħhom kienu jagħsrulhom il-lumi fuq xagħarhom. Kien hemm min irringrazzaha talli qasmet magħhom din it-tattika u qal li kien se jipprovaha dakinhar stess. Xi qarrejja oħra qalu li jħossuhom xettiċi li jużaw il-ketchup fuq xagħarhom speċjalment minħabba r-riħa tiegħu.