Ara x’tagħmel din it-tifla bil-flus li taqla’ fil-Milied

Ritratt: Tri-Cities Animal Shelter

Għat-tielet sena konsekuttiva Landyn Wadsworth, li għandha 8 snin u li tgħix f’Washington fl-Istati Uniti, talbet li flok rigal tingħata flus. Wieħed jista’ jaħseb li dan hi tagħmlu biex imbagħad tkun tista’ tixtri l-ġugarelli tal-għażla tagħha.

Iżda le. Din it-tifla tagħżel biex il-flus ma’ żżommhomx għaliha u fil-fatt tagħmel meżż li tixtri affarijiet li iġu bżonn annimali abbandunati.

Ritratt: Tri-Cities Animal Shelter

Alisha, omm Landyn, qalet li kollox beda fl-2016 meta hi u bintha żaru xelter tal-annimali minħabba li xtaqu jaddottaw. It-tifla però ħassitha mdejqa meta rat tant annimali li ma kellhomx familja għall-Milied.

Għalhekk minn dik is-sena bdiet titlob il-flus biex imbagħad flok tixtri l-ġugarelli, titri ikel, kutri u treats għall-annimali.

Din is-sena bil-flus li ġabret, Landyn ġabret biżżejjed biex setgħet tieħu lill-annimali li hemm fit-Tri-Cities Animal Shelter madwar 27k ta’ ikel għall-klieb u l-qates.