Ara x’qal il-Papa lill-abbatini Maltin li żaruh

Aktar kmieni llum, grupp ieħor ta’ abbatini ltaqa’ mal-Papa Franġisku. Il-Papa laqa’ lill-abbatini Maltin tat-tielet grupp quddiem Santa Marta.

Il-Papa Franġisku ltaqa’ mal-grupp tal-abbatini Maltin li telgħu jservu fil-Vatikan. Hu dar mal-grupp kollu u ħadilhom b’idejhom.

Dun Frans tkellem ma’ Newsbook.com.mt u qal li staqsa lill-Papa għal parir għall-abbatini li kienu preżenti. Il-Papa qalilhom li għandhom jgħidu Ave Maria kuljum.

AQRA: Il-Papa jiltaqa’ ma’ grupp ta’ abbatini Maltin