Ara x’pajjiżi żar Carmelo Abela fl-2018

Read in English.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela għamel madwar 67 vjaġġ matul l-2018.

Din l-informazzjoni ħarġet mill-parlament wara li l-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici staqsa lil Abela dwar kemm għamel vjaġġi l-Ministru matul is-sena li għaddiet.

Fost il-pajjiżi li żar Abela kien hemm l-Istati Uniti, l-Indja, il-Ġappun, u il-Belġju. L-aktar pajjiż li żar kien il-Belġju fejn mar madwar 19-il darba.

*Il-vjaġġi ma jinkludux vjaġġ li għamel fil-Palestina peress li s-software użat ma jirrikonoxxix lill-Palestina bħala wieħed mill-istati li telenka.

Għal xi vjaġġi li kienu fl-istess pajjiż fl-istess perjodu ta’ żmien, l-informazzjoni mill-Parlament ġiet elenkata f’ringiela waħda f’tabella. Għal xi vjaġġi oħrajn, il-ġranet separati ġew elenkati f’ringieli differenti fl-istess tabella. Kull ringiela separata ġiet interpretata bħala żjara separata fl-analiżi tad-data.