Ara x’multa tista’ teħel jekk taqdi bżonnijietek barra

Din il-ġimgħa ntlemaħ raġel jagħmel il-bżonnijiet tiegħu maz-zuntier tal-Knisja ta’ Santa Venera.

https://www.facebook.com/gahanonlajn/photos/a.337897396642424/533462590419236/?type=3

Din mhijiex xena rari f’Malta, wara li fl-2015 ħarġet statistika li wriet li f’sentejn, inqabdu 300 persuna jaqdu bżonnijiethom barra, u dawn ma kinux biss irġiel.

L-aktar postijiet komuni għal dawn ix-xeni huma l-Furjana u San Ġiljan, fl-inħawi ta’ Paceville. Bħala nazzjonalitajiet, sikwit ikunu Maltin, iżda tul is-snin, inqabdu numru ta’ barranin iwettqu dan ir-reat.

Raġuni komuni fost in-nies li jinqabdu hi li jkunu xurbana, iżda ħafna huma n-nies li jagħmlu dan bla fini ta’ xejn.

Dan in-nuqqas ta’ ħsieb sikwit wassal lil xi nies il-qorti, pereżempju turist Ingliż li din is-sena spiċċa laqqat multa ta’ €4,000 u sentenza sospiża.

Filwaqt li każ bħal dan ħafna drabi jwassal għal kummenti umoristiċi u sarkastiċi fuq il-midja soċjali, ġieli jkun hemm min jiġbed l-attenzjoni li hawn xi każijiet ta’ saħħa marbuta ma’ mard fil-prostata li jistgħu jġibu lil persuna daharha mal-ħajt.