Matul is-sena skolastika li ġejja l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet oħra fil-Knisja se joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni. Fost dawn il-korsijiet hemm korsijiet dwar l-Ekumeniżmu, l-għeruq tal-fidi Nisranija fil-Ġudaiżmu, l-ispiritwalità, l-irwol tan-Nisrani fis-soċjetà u oħrajn.
Il-korsijiet offruti huma dawn:
- L-Iżvilupp tar-Responsabbiltà Ambjentali/Developing Enviromental Responsibility (Livell 4)
- L-Iskoperta tal-Fidi Permezz tal-Arti/The Way of Beauty: Discovering Faith Through Art (Livell 4)
- L-Esperjenza Umana ta’ Alla fit-Talb/The Human Experience of God in Prayer (Livell 4)
- L-ekumeniżmu/Ecumenism (Livell 5)
- Il-Ministeru Pastorali tal-Familja/Family Ministry (MQF Livell 5)
- L-Għeruq tal-Fidi Nisranija fil-Ġudaiżmu/Jewish Roots in Christianity (Livell 5)
- It-Teoloġija/Theology (MQF Livell 5)
- Il-Kura Pastorali fl-Iskejjel/Pastoral Care – Chapliancy in Schools (MQF Livell 6)
- Id-Dimensjoni Spiritwali fil-Kura tas-Saħħa/The Spiritual Dimension in Health Care (MQF Livell 6)
L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl-2007 bil-għan li joffri formazzjoni għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà kontemporanja. Wieħed jista’ jara l-prospectus tas-sena akkademika 2019-2020 minn hawn u kull min irid aktar informazzjoni jista’ jibgħat email fuq pfimalta@gmail.com.