Ara x’kienu r-riżultati mill-Premier League

Il-leaders tal-Premier League Liverpool rebħu kontra Sheffield United bl-iskor minimu ta’ 1-0. Manchester City rebħu kontra Everton u Totthenham issieltu biex rebħu wkoll kontra Southampton.

Ix-xutt ta’ Georginio Wijnaldum għadda mħaxken mal-gowler Dean Henderson qabel daħal fix-xibka. Permezz ta’ dan il-gowl Liverpool kisbu rebħa oħra. Min-naħa l-oħra, it-tim ta’ Pep Guardiola żamm ir-rittmu li qabdu u rebħu 3-1 kontra Everton. B’hekk reġa’ tefa’ aktar pressjoni fuq Liverpool.

Tottenham kisbu t-tliet punti wara li għelbu lil Southampton 2-1 u lagħbu aktar minn siegħa mil-logħba b’għaxar plejers.

Riżultati oħra:

AFC Bpirnemouth 2-2 West Ham United

Aston Villa 2-2 Burnley

Chelsea 2-0 Brighton & Hove Albion

Crystal Palace 2-0 Norwich City

Wolverhampton Wanderers 2-0 Watford