Ara x’kienu r-riżultati mill-Kampjonat Nazzjonali taċ-Ċikliżmu

Il-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ġie fi tmiemu. Etienne Bonello kif ukoll Marie Claire Aquilina, it-tnejn tat-Team Greens baqgħu Champions.

Etienne Bonello żamm it-titlu ta’ Champion Nazzjonali tat-Time Trial wara li kiseb total ta’ 555 punt. Hu akkwista dawn il-punti fit-tiġrijiet tal-Imrieħel, l-Imtarfa u l-Miżieb. Fit-tieni post b’total ta’ 460 punt ikklassifika Christian Formosa ta’ The Cyclist, filwaqt li fit-tielet post spiċċa Clive Bugeja ta’ Mosta AF Sign Studio CC b’420 punt.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens CC ikkonfermat is-superjorità tagħha f’din il-kategorija meta rebħet tlieta minn tlieta u b’hekk rebħet il-kampjonat nazzjonali b’massimu ta’ 600 punt. Sħabha tal-istess tim, Lara Buttgieg u Michelle Vella Wood temmew il-Kampjonat Nazzjonali fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Il-kategorija l-ġdida ta’ taħt it-23 sena ntrebħet b’total ta’ 550 punti mill-Għawdxi Brandon Sultana ta’ Gozo CC wara li rebaħ it-tellieqa f’Tal-Miżieb u ġie t-tieni fit-tlielaq tal-Imrieħel u l-Imtarfa. Bernard Sant u Carl Xuereb it-tnejn ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament b’540 u 455 punt.

Klassifika Ġenerali – Kampjonat Road Race 2019:

Elite

  1. Etienne Bonello Team Greens                      200   200   155   555 punt
  2. Christian Formosa The Cyclist                     155   105   200   460 punt
  3. Clive Bugeja   Mosta AF Sign Studio CC       105   140   175   420 punt

Nisa

  1. Marie Claire Aquilina Team Greens                 200   200   200   600 punt
  2. Lara Buttigieg Team Greens                          175   175   175   525 punt
  3. Michelle Vella Wood Team Greens                  140   155   155   450 punt

Under 23

  1. Brandon Sultana Gozo CC                           175   175   200   550 punt
  2. Bernard Sant Mosta AF Sign Studio CC         200   200   140   540 punt
  3. Carl Xuereb  Mosta AF Sign Studio CC          140   140   175   455 punt

Juniors

  1. Luke Borg The Cyclist                                 200   200   200   600 punt
  2. Sean Enriquez Mosta AF Sign Studio CC       175   155   155   485 punt
  3. Max Zammit Mosta AF Sign Studio CC         130   175   175   480 punt

Masters 40+

  1. Ivan Zammit B’Kara St.Joseph SC                     200   200   175   575 punt
  2. Malcolm Cachia The Cyclist                               130   155   200   485 punt
  3. Nicholas Schembri Mosta AF Sign Studio CC       140   175   155   470 punt

Masters 50+

  1. Kevin Muscat Mosta AF Sign Studio CC       200                  200 punt
  2. Joseph Zammit Team Greens                    175                  175 punt

Under 16 Maskili

  1. Matthew Galea Pirotta Mosta AF Sign Studio CC       175   200   175   550 punt
  2. Jacob Schembri Mosta AF Sign Studio CC                200   175   155   530 punt
  3. Leon Aquilina Mosta AF Sign Studio CC                   130   140   130   400 punt

Under 16 Feminili

  1. Kristina Spiteri The Cyclist                            200   200   200   600 punt

Under 14 Maskili

  1. Miguel Galea The Cyclist                               200   200   200   600 punt
  2. Luca Vella B’Kara St.Joseph SC                     155   155   175   485 punt
  3. Jaeken Galea Mosta AF Sign Studio CC          175           155   330 punt

Under 14 Feminili

  1. Hannah Dandria Mosta AF Sign Studio CC       200   200   200   600 punt
  2. Valentina Soler Mosta AF Sign Studio CC        175                 175   350 punt