Lionel Messi kiser rekord ġdid meta rebaħ is-sitt Ballun tad-Deheb. L-Arġentinjan li għandu 32 sena rebaħ is-sitt ballun wara erba’ snin. L-istaġun li għadda skurja 54 darba għall-klabb u pajjiżu. Fl-istess staġun, Barca rebħu La Liga.
Dawn huma uħud mill-kummenti li plejers oħra kellhom xi jgħidu dwar Messi u s-suċċess tiegħu.
Il-gowler Gianluigi Buffon kien qal:
“Naħseb li hu diffiċli li persuna oħra tirrepeti s-suċċess li Messi qed jikseb.”
Jerome Boateng kien stqarr li
“Tiddefendi lil Messi fil-one-on-one mhux possibbli!”
Johan Cruyff saħaq li
“Messi se jkun il-plejer li jirbaħ l-aktar Blalen tad-Deheb fl-Istorja. Se jirbaħ ħabes, sitt, sebgħa. Ma tistax tikkompara miegħu.”
Zlatan Ibrahimovic spjega kif
“Qisu qed jilgħab fuq il-PlayStation, ma jitwemminx. Dawk li jgħidu mod ieħor ma jafu xejn dwar il-ftubol, jew qed jitkellmu fil-vojt.”