Ara x’jixtieq Norman Hamilton għal għeluq sninu

Ritratt: Facebook/NormanHamilton

Nhar it-Tlieta 28 ta’ April ix-xandar veteran Norman Hamilton se jkun qed jiċċelebra għeluq id-79 sena tiegħu. Huwa kien twieled fl-1941 u ilu fix-xandir mill-1961. Huwa miżżewweġ lil Josette u għandhom żewġt ulied, Davinia u Yasmin.

Għal għeluq sninu Norman Hamilton għamel appell permezz tal-paġna tiegħu fuq facebook li jixtieq li jingħataw donazzjonijiet lill-Puttinu Cares Foundation. Għalih din il-fondazzjoni tfisser ħafna u għaldaqstant qed jitlob lis-segwaċi biex jikkunsidraw jiċċelebraw għeluq sninu billi jagħtu kontribuzzjoni.

Jekk int interessat tgħin lil Norman jilħaq l-għan tiegħu, anki b’donazzjoni żgħira, idħol fil-paġna tiegħu ta’ facebook.

Ritratt: Facebook/NormanHamilton

Nawguraw minn issa l-isbaħ xewqat lil Norman.