Ara x’inhuma n-numri li għandek iżżomm f’moħħok

Miguela Xuereb

Iż-żieda fil-każijiet pożittivi marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 iġġib magħha diversi sfidi u sitwazzjonijiet. Matul din il-pandemija inħolqu diversi helplines li għan tagħhom huwa li jagħtu s-sapport neċessarju u jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ kulħadd.

Id-Direttorat tal-Prevenzjoni tas-Saħħa u l-Infezzjonijiet ippubblika tabella bin-numri u l-emails li wieħed jista’ jkollu bżonn f’dan iż-żmien ta’ pandemija.

Għall-informazzjoni ġenerali dwar il-coronavirus wieħed jista’ jċempel 21324086 jew 111. Permezz ta’ dawn in-numri wieħed jista’ jibbukkja swab test u jsaqsi mistoqsijiet relatati mal-coronavirus u s-sintomi.

Kull min għandu bżonn sapport emozzjonali jew mentali għandu jċempel il-helpline 1770. Dawk il-persuni li qegħdin iħossuhom waħedhom, iżolati, jew għandhom bżonn jitkellmu ma’ xi ħadd jistgħu iċemplu 1772.

Dawk il-persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena u m’għandhomx sapport jistgħu jċemplu fuq 25903030.

👉 Important contact points! #StaySafe #COVID19

Posted by Health Promotion and Disease Prevention Directorate on Thursday, August 27, 2020