Ara x’inhuma l-ismijiet l-aktar popolari fil-Ħarifa

L-għażla ta’ isem għat-twelid il-ġdid dejjem ikun xi ftit diffiċli. Skont websajt Ingliża, jidher li uħud mill-ġenituri qed ikunu ispirati mill-istaġun li fih ikunu mwielda t-trabi.

Hekk kif qed noqorbu lejn il-ħarifa, jidher li l-ismijiet relatati mal-ħarifa qed iqajmu interess kbir fost il-ġenituri. L-aktar ismijiet popolari relatati mal-ħarifa huma:

Għall-bniet; Hazel, Fern, Scarlett u Akkiko filwaqt li għas-subien; Ash, Forest u Cedar, huma fost l-aktar popolari.

L-ismijiet, biex wieħed ikun onest mhux wisq komuni, iżda jekk tfittex xi jfisser kull isem tifhem aħjar x’għandu x’jaqsam kull isem mal-ħarifa.