Ara x’inhuma ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof f’Diċembru

L-Arċisqof Scicluna
L-Arċisqof Scicluna

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna matul ix-xahar ta’ Diċembru se jkompli jiċċelebra Quddies matul il-ġimgħa kif ukoll il-Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-Quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9.30am mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-Quddiesa tingħad it-talba tar-Rużarju. Dan il-ħin ta’ talb jerġa’ jixxandar fuq TVM2 fil-5.30pm. mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid-9.30am tiġi ċċelebrata Quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din terġa’ tixxandar fuq TVM2 fis-6.30pm.

L-Arċisqof se jkun qiegħed jiċċelebra l-Quddies f’dawn il-knejjes:

L-Erbgħa 2 ta’ Diċembru, fis-6.30pm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta

  • L-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla f’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista.

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru, fid-9.30am, fil-Kappella ta’ Sant’Antnin f’Manoel Island

  • L-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa li matulha Dun Gordon Refalo se jkun qiegħed jirċievi l-pussess bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Gżira. Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun qiegħda tixxandar fuq TVM2.

L-Erbgħa 9 ta’ Diċembru, fil-5.30pm, fil-Konkatidral ta’  San Ġwann fil-Belt Valletta

  • Arċisqof Scicluna se jikkonċelebra waqt Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla fl-okkażjoni tal-ħatra tal-Kardinal Mario Grech. Din tixxandar fuq TVM2.

Is-Sibt 12 ta’ Diċembru, fis-7.00pm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta

  •  L-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa u jmexxi l-investitura tal-Ordni Sovran Militari ta’ Malta (S.M.O.M.).

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru, fid-9.30am, fil-Knisja ta’ Santu Kristu, Ħal Għaxaq

  • Matul din il-Quddiesa l-Arċisqof se jagħti l-pussess lil Dun Andrew Schembri bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Ħal Għaxaq. Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun qiegħda tixxandar fuq TVM2.

Il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru, fis-6.00pm, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

  • L- Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Milied għall-membri tal-Ordni Ekwestriju tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm.

Il-Ħamis 24 ta’ Diċembru, fil-5.15pm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

  • L-Arċisqof Charles Sicluna se jmexxi l-ewwel għasar solenni tal-Milied solenni u wara jiċċelebra l-Quddiesa tal-Vġili.
  • Fil-11.15pm, jibda l-uffiċċju tal-qari u kant tal-għanjiet tal-Milied.
  • F’nofsillejl, l-Arċisqof se jkun qiegħed jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Din tixxandar fuq TVM2.

Il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru, Jum il-Milied, fid-9.30am, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

  • L-Arċisqof Scicluna se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din se  tkun qed tixxandar fuq TVM2.

Is-Sibt 26 ta’ Diċembru, fis-9.30am, fil-Kappella tal-Madonna ta’ Lourdes, il-Furjana

  • L-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla f’għeluq il-100 sena ta’ din il-Kappella. Din se tixxandar fuq TVM2.

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru, fid-9.30am, fil-Kappella ta’ Sant’Antnin f’Manoel Island.

  • L-Arċisqof Scicluna se jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Familja Mqaddsa.Din tixxandar fuq TVM2.

Il-Ħamis 31 ta’ Diċembru, fis-5.30pm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

  • L-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla fi tmiem is-sena u jitkanta t-Te Deum. Din tixxandar fuq TVM2.