Ara x’inhi tagħmel għall-ambjent din l-Amerikana li marret tgħix Sqallija

Għalliema Amerikana, Sandra Ravi marret tgħix qrib il-kosta ta’ Sqallija s-sena l-oħra. Hi inħasdet bl-ammon ta’ skart li sabet fuq il-bajja qrib fejn toqgħod u ddeċidiet li għandha tagħmel xi ħaġa biex ittejjeb is-sitwazzjoni.

Hi qalet li qatt ma qieset ruħha bħala xi ambjentalistà, iżda rrealizzat li kellha tieħu l-passi biex ittejjeb il-qagħda tal-bajja. Waqt l-intervista mal-gazzetta Taljana The Local, Sandra spjegat kif fuq il-bajja f’Capo D’Orlando, fil-provinċja ta’ Messina, issib kull xorta ta’ skart.

Stqarret li ta’ kuljum il-mixja tagħha fuq il-bajja spiċċat sezzjoni ta’ tindif. Hi spjegat kif issib minn kollox mormi, minn xfafar għal tazzi, platti, umbrellel u anka ġugarelli.

Għalkemm ma tistax twaqqaf lin-nies milli jarmu barra, hi spjegat kif din l-esperjenza tagħtha dawl ġdid. Hi waslet biex bidlet il-mod ta’ kif tixtri u x’tixtri mill-ħwienet. Qalet ukoll li saret aktar konxja tal-ammont ta’ skart li wieħed jista’ jipproduċi mingħajr lanqas jagħti kas.