Ara xi ġralu dan iċ-ċkejken biex mar jieħu ritratt ma’ Salah

Mohammed Salah għamel ġest ħelu ferm wara l-ewwel logħba tal-Premier League ta’ dan l-istaġun. Partitarju ċkejken ta’ Liverpool eċita wisq ruħu meta ra lil Salah għaddej bil-karozza. Biex jiġbidlu l-attenzjoni, iċ-ċkejken baqa’ dieħel f’arblu u spiċċa biex weġġa’ mnieħru.

Kif jixhdu r-ritratti, it-tifel spiċċa infaraġ iżda xorta jidher qed jitbissem wara li Salah waqaf bil-karozza u reġa’ dar lura biex jiltaqa’ mat-tifel. Kif induna biċ-ċkejken, Salah waqaf bil-karozza, dawwar u mar ikellmu. Miegħu kien hemm ukoll ħuh. Jidher li għalkemm weġġa’ sew, ma ħalliex l-uġigħ iwaqqfu milli jitbissem filwaqt li jippoża mal-istilla ta’ Liverpool.