Ara xħin m’għandekx tgħaddi minn Triq il-Marsa

Bħalissa filgħaxijiet Triq il-Marsa fil-Marsa qed tkun magħluqa kompletament għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet.
Transport Malta avżat li dan minħabba li se tkun qed tagħmel xogħol ta’ asfaltar.
Ix-xogħlijiet qed isiru bejn is-6pm u l-5am.  It-trasport pubbliku jitħalla jgħaddi sad-9pm.
Matul il-jum it-triq se tkun aċċessibbli għat-traffiku f’kull direzzjoni.
L-Awtorità tħeġġeg għal sewqan b’attenzjoni għas-sigurtà tas-sewwieqa u tal-ħaddiema.