Ara x’hemm jgħodd għalik: Id-Dwana tbigħ l-affarijiet

Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qed ibigħ diversi affarijiet b’offerta ssiġillata. Dawn huma affarijiet li d-Dipartiment tad-Dwana jkun qabad. Dawn l-offerti se jkunu qed jintlaqgħu l-Ġimgħa 6 ta’ Marzu f’12pm.

Fost l-affarijiet għal-bejgħ hemm: Żraben, xorb alkoħoliku, ħwejjeġ tat-tfal, settijiet tal-kamra tal-banju u pezez tad-drapp.

Kull min jixtieq jara l-affarijiet jista’ jagħmel dan mit-2 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 6 ta’ Marzu f’12pm. Il-ħinijiet huwa mit-8am sas-12pm u mis-1pm sal-4pm. L-affarijiet se jkunu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa (‘il ġewwa mit-tinda tal-patata). Il-formola għal din l-offerta tinġabar mill-istess post.

Kull min jitfa’ l-offerta għandu jippreżenta karta tal-identità jew passaport validu.