ARA x’ħallew jidher fir-ritratt tar-Reġina

PA

Ir-Reġina Eliżabetta, flimkien mal-President Amerikan Donald Trump u l-mara tiegħu Melania Trump, ħadu ritratt tal-okkażjoni fil-Palazz ta’ Windsor iżda r-ritratt ma kienx perfett hekk kif nesgħu l-iskutella tal-kelb, b’konsegwenza li ġiet tidher fir-ritratt.

Ir-ritratt juri li l-Palazz ma jintużax biss għall-formalitajiet iżda jintuża kuljum bħala d-dar tar-Reġina. Skont rapporti li dehru l-iskutella aktarx hi taż-żewġt iklieb tar-Reġina, Vulcan u Candy.

Jidher li sakkem seħħet il-laqgħa bejn ir-Reġina Eliżabetta u r-Re u r-Reġina tal-Belġju l-iskutella laħqet tneħħiet.