Ara x’ħa l-Prinċep Louis mingħand ħuh

Ħafna huma dawk l-aħwa li jissellfu ħwejjiġhom, jew jgħaddu ħwejjiġhom lil ħuthom iż-żgħar meta huma jikbru, u jidher li anke fil-familja rjali, il-ħwejjeġ jimxu minn ġenerazzjoni għal oħra.

F’ritratt tad-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, il-Prinċep William u martu Kate u wliedhom meħud għal żmien il-festi, il-Prinċep Louis, l-aħħar wild tal-familja rjali Brittanika, u oħtu l-Prinċipessa Charlotte jidhru lebsin ħwejjeġ li kienu ta’ ħuhom il-kbir, il-Prinċep George.

Il-Prinċep Louis jidher liebes żarbun li ħuh George darba kien liebes waqt żjara rjali fl-Awstralja fl-2014.

U l-Prinċipessa Charlotte wkoll issellfet xi ħaġa mingħand ħuha George – il-cardigan blu li qiegħda tippoża bih fir-ritratt kien libsu ħuha f’ritratt għal għeluq snin ir-Reġina fl-2016.

 

Intant, bosta qed jikkummentaw dwar kemm kiber il-Prinċep Louis u kif hu seraq l-attenzjoni kollha f’dan ir-ritratt.