Ara x’għandek tagħmel jekk se żżur iċ-Ċina

REUTERS/Tyrone Siu

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ħareġ avviż għal dawk in-nies li se jsiefru ċ-Ċina, sabiex jieħdu xi prekawzjonijiet sabiex ma jlaqqtux il-coronavirus.

Dan il-virus misterjuż s’issa ħasad il-ħajja ta’ 17-il persuna. Il-belt Wuhan fiċ-Ċina ġiet iżolata sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni ma’ nies barra mill-belt.

Għalhekk, id-Direttorat qed javża lil dawk li se jsiefru ċ-Ċina biex jevitaw swieq jew postijiet fejn ikun hemm annimali ħajjin jew mejtin, jevitaw il-kuntatt ma’ nies ma jifilħux, speċjalment dawk bi problemi biex jieħdu n-nifs, jevitaw kuntatt mal-annimali, anke mal-ħmieġ tagħhom, u biex iżommu jdejhom nodfa u jżommu l-indafa fl-ikel.

Nies li jżuru Wuhan u li wara ġimagħtejn, jibqgħu jbatu b’sintomi resparatorji huma avżati biex jikkuntattjaw lit-tabib tagħhom u jindikaw lit-tabib meta siefru ċ-Ċina u kemm damu. Importanti li dawn javżaw ukoll lid-Direttorat fuq 21324086.

#Coronavirus -Travellers planning to visit China are advised to :➡️Avoid visiting markets or places where live or dead…

Posted by Health Promotion and Disease Prevention Directorate on Wednesday, January 22, 2020

Diversi ajruporti madwar id-dinja, fosthom fl-Italja u l-Ingilterra, qed jagħmlu screenings minħabba l-coronavirus li jidher li qed jinfirex f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.