Ara x’għamlu biex għenu l-foodbank ta’ Liverpool

In-North Liverpool Foodbank kien qed jaffaċja nuqqas serju ta’ ikel minħabba s-sospenzjoni tal-Premier League. Din is-sospenzjoni daħlet fis-seħħ minħabba l-coronavirus.

Madwar 25% tad-donazzjonijiet jaslu f’nhar il-logħob ta’ Liverpool, iżda issa li lanqas għadhom qed jintlagħbu logħob, m’għadx jaslulhom donazzjonijiet. Madanakollu, Liverpool xammru l-kmiem u ħadu miżuri biex fin-nuqqas tal-logħob ma jkunx hemm impatt negattiv fuq il-Foodbank.

L-ewwel tim u l-Fondazzjoni ta’ LFC ingħaqdu u ġabru madwar €10,000 f’donazzjonijiet għal kull logħba li fadlilhom jilagħbu f’darhom. Liverpool fadlilhom erba’ logħbiet x’jilagħbu f’darhom u b’hekk ġabru donazzjoni ta’ madwar €40,000.

Il-klabb se jkun qed jagħti wkoll b’donazzjoni xi ikel li għandhom maħżun ġewwa l-binja ta’ mat-traning grawnds ta’ Melwood.