Ara x’għamlet din il-kelba li sakkruha barra

Ritratt: Caters News Agency

Kelba li sakkruha barra bil-lejl sabet il-mod kif is-sidien tagħha jiftħulha u jdaħħluha lura. Chika, kelba tar-razza labrador, ingħalqet barra meta sakkru l-bieb għal bil-lejl bla ma ntebħu li l-annimal kienet barra.

Il-każ seħħ fis-2.00am f’Georgia, fl-Istati Uniti, fejn tgħix il-familja Fox. Huma għandhom camera mal-qanpiena tal-bieb u għalhekk setgħu jaraw x’ġara li li l-l-kelba qajmithom.

Fil-bidu tal-vidjo tidher Chika xxammem madwar il-kamera wara li rasha tidher fl-istampa f’daqqa waħda. Imbagħad tagħfas il-qanpiena b’imneħirha u tinstema’ l-qanpiena ddoqq fuq ġewwa tad-dar. Il-kelba baqgħet tħares lejn il-bieb għal xi ħin imbagħad imxiet lura.

Imma ftit mumenti wara terġa’ tersaq lejn il-qanpiena tl-bieb u din id-darba tagħfas il-buttuna tal-qanpiena b’idha. Bħal qabel, Chika tersaq lura u toqgħod tħares lejn il-bieb tistenna li dawk ta’ ġewwa jiftħulha … kif fil-fatt għamlu.

Ritratt: Caters News Agency

Robert Fox, martu Angelina u binhom Gavin kienu lkoll reqdin meta Chika daqqet il-qanpiena għall-ewwe darba. Iżda qajmithom u lanqas riedu jemmnu li l-kelba tagħhom kienet taf tagħmel ċerti affarijiet.