Ara x’ġara xahar qabel fil-istess binja fi Gwardamanġa

Janet Walker il-mara li aktar kmieni llum sfat bil-ħajt tal-appartament imwaqqa’ fil-Ħamrun, F’Mejju li għadda fuq il-midja soċjali tellgħet diversi ritratti u filmati fejn spjegat li għal diversi drabi hija kellmet lill-ħaddiema kif ukoll għamlet diversi rapporti dwar ix-xogħlijiet li kienu qed isiru biswita.

Walker fuq Facebook kienet qalet li qed jistennew traġedja u spjegat li kienet kellmet ukoll lill-awtoritajiet. F’Mejju li għadda Walker flimkien mal-familja tagħha kellhom joħorġu mid-dar wara li ċċaqalqulhom diversi ġebel. Hija tellgħet filmat fuq Facebook fejn kienet ikkofrontat lill-ħaddiem li baqa’ għadddej bix-xogħol minkejja li qaltlu b’dak li kien ġara.

Iktar kmieni Janet Walker f’kumment li tat lil-midja qalet li kif ċeda l-ħajt huma kellhom jgħinu lil ommha li ma tantx tista’ timxi tinżel u toħroġ mill-appartament. Walker spjegat li kienet għamlet rapport lill-Uffiċċju tar-Regolarizzazzjoni tal-Bini (BRO) iżda ħadd ma ħa passi.

Ara: Filmat: “Se nispiċċaw immorru l-preċett tan-neputija bix-shorts u t-tshirt?” – residenta mbikkma

Filmat: Janet Walker