Ara x’ġara eżatt fil-kunflitt bejn Sterling u Gomez

L-FA qablet mad-deċiżjoni ta’ Southgate dwar is-sospenzjoni li ta’ lil Sterling. Sterling kien sospiż wara lo Southgate tkellem ma’ 15-il persuna li raw x’ġara nhar it-Tnejn li għadda ġewwa l-kwartieri tat-tim Ingliż.

Gomez spiċċa b’barxa taħt għajnejh il-leminija. Sterling refa’ jdejh fuq Gomez waqt li t-tim kienu qed jieklu fir-ristorant. It-tnejn spiċċaw mifruqa minn xulxin grazzi għall-bqija tat-tim li mar jipprova jikkalma s-sitwazzjoni. Skont rapporti tal-midja Ingliża, waqt il-ġlieda twaddab ukoll xi ikel.

Irriżulta li l-ġlieda bdiet meta Gomez mar jieħu b’idejn Sterling u saqsih għadux l-akbar raġel b’referenza għall-kunflitt li kellhom lejn l-aħħar tal-logħba tal-Premier League li spiċċat bl-iskor ta’ 3-1 għal Liverpool.

Sterling mhux se jitħalla jilgħab il-logħba kontra l-Montenegro wara li Southgate għamel laqgħa t’emerġenza mal-istaff u l-plejers li kienu preżenti.

AQRA: Southgate bagħat lil Sterling lura d-dar