Ara x’films qed jara Boris Johnson fl-Isptar

Rapport li ħarġu mill-isptar St Thomas f’Londra fejn Boris Johnson qed ikun rikoverat wara li ntlaqat mll-koronavirus qalu li matul dan il-lejl il-Prim Ministru Ingliż fost l-oħrajn qagħad jara t-tliet films ta’ The Lord of the Rings.

Boris Johnson ilu aktar minn ġimgħa f’dan l-isptar u kien biss fl-aħħar jumejn li nħass li hu tajjeb biżżejjed biex jinħareġ mill-ITU u jittieħed f’sala oħra fl-istess sptar.

L-ewwel ħaġa li għamel meta tawh lura l-mobajl tiegħu kienet lil jċempel lil partner tiegħu, Carrie Symonds, li ilu ma jaraha ġimgħa. Din, minn naħa tagħha, kienet tibgħatlu ittra kuljum u scans tat-tarbija tagħhom li għandha titwieled ftit tax-xhur oħra.

Dal-lejl Boris Johnson ħassu tajjeb biżżejjed biex jara t-triloġija tal-films The Lord of the Rings li ħarġu fil-bidu tas-snin 20 u l-film Richard B Grand, Whitnail and I tal-1987. Sab ukoll ħin biex jagħmel xi logħob tas-Sudoku.