Ara x’attivitajiet tista’ tmur għall-festa ta’ San Ġorġ Preca

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca, il-Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M, qed jiġu organizzati dawn l-attivitajiet:

Il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2019

  • Quddiesa fid-9.00 am fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża. Il-quddiesa tixxandar fuq TVM 2. Mistiedna b’mod partikolari l-membri tat-Terz’Ordni Karmelitan.

Mit-Tnejn 6 sal-Erbgħa 8 ta’ Mejju 2019

  • Adorazzjoni u barka sagramentali fil-5.00 pm
  • Quddiesa fis-6.00 pm fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża. Matul il-quddiesa jsir ħsieb dwar San Ġorġ Preca.

Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Mejju l-Kappella tal-Midalja Mirakoluża tibqa’ miftuħa sal-10.00 pm.

Il-Ħamis 9 ta’ Mejju 2019

  • Quddiesa fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża fis-7.30 am, fil-11.00 am u fis-6.00 pm.
  • Fis-6.15 pm tibda Quddiesa Solenni tal-festa ppreseduta minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Parroċċa tal-Portu Salvu u San Duminku fil-Belt Valletta.

Il-Kappella tal-Midalja Mirakoluża tkun miftuħa mis-7.00 am sa 12.00 m u mill-4.00 pm sal-10.00 pm. Kulħadd mistieden li jsib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.