Ara x’se tkun tista’ tagħmel iktar b’instagram

L-istejjer tiegħek fuq Instagram dalwaqt se tkun tista’ żżid magħhom id-diski favoriti tiegħek.
Skont is-sit Business Insider Instagram qed iħejji biex dan il-fattur ġdid bl-isem Music Stickers, li se jippermetti l-utenti biex ifittxu u jżidu l-mużika li jridu mal-istejjer tagħhom, joħroġ fiż-żmien li ġej.
Skont rapport ippublikat ilbieraħ fuq TechCrunch, l-app ta’ Instagram bħalissa fiha kodiċi moħbi li jinkludi “search music”.
Fir-rapport intal li dan il-kodiċi se jippermetti biex wieħed ifittex u jżid il-mużika mal-istorja tiegħu, madanakollu id-dettalji dwar kif dan se jaħdem eżatt għadhom mhux magħrufa.