Ara x’għandek tagħmel minħabba s-sħana

Hekk kif is-sħana qed tagħmel tagħha huwa importanti li tixrob ħafna aktar mis-soltu.
Fi stqarrija d-Diviżjoni tas-Saħħa spjegat li t-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf tal-ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration).
Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi, tfal żgħar, u persuni li qed ibatu minn xi kundizzjoni kronika jew li huma attivi ħafna.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa importanti li:
 
•    wieħed għandu jevita li joħroġ barra bejn l-10am u l-4pm;
•    joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew fil-post tax-xogħol;
•    tixrob regolarment u tiekol ikel frisk;
•    f’każ ta’ dubju tikkonsulta ma’ tabib.