Kanada: Vet jisfida sid li prova joqtol kelb għax hu oħxon

Read in English.

Sid ta’ kelb tar-razza Golden Retriever fil-Kanada ħa l-kelb għand il-veterinarju biex iraqqdu għax kien oħxon ħafna. Madanakollu l-veterinarju sfida lis-sid u għażel li jsalvaw minflok.

Il-veterinarju ċempel lill-animal welfare biex isibu dar ġdida għall-Kai, li kien oħxon ħafna. Grazzi għal dik it-telefonata Kai sab sid ġdid, lil Pam Heggie, li addottatu u għamlet ħilitha biex tgħin lill-kelb jitlef il-piż. Hija rnexxielha u Kai tilef aktar minn 45kg.

This is by far my favourite part of swim day…

Posted by This is Kai on Tuesday, April 10, 2018

Hija qalet li meta ħaditu d-dar l-ewwel darba, tant kien oħxon li biex tela’ l-ewwel tarġiet tal-bieb ta’ barra dam 20 minuta.

Using my ramp, my mom had to lift my back end going up. I couldn’t get up without help. Now I had to show off- I got up the ramp and in the van ALL BY MYSELF!!

Posted by This is Kai on Thursday, May 24, 2018

Pam kienet toħroġ lil Kai jimxi tliet darbiet kuljum u stqarret li għal bidu kien isib diffikultà kbira. Pero ma qatgħetx qalbha u baqgħet tinsisti.

Treadmill workout- April 2018

New Year, New Kai! That was then…..treadmill workout- April 2018. Boy that was a lot of work.

Posted by This is Kai on Sunday, January 6, 2019

Bis-saħħa ta’ dieta stretta, eżerċizzju regolari u terapija tal-ilma, li fiha l-klieb jitpoġġew fuq treadmill apposta f’għadira żgħira tal-ilm biex isaħħu daharhom, Kai beda jissaħħaħ u jitlef il-piż. Fi ftit żmien huwa beda jirnexxielu jimxi sat-tarf tat-triq, fejn minn hemm kien jirkeb fil-karozza ta’ Pam. Ftit żmien wara huwa beda jiġri fil-ġnien pubbliku.

I brake for snacks!…#snackbreak #dogsnacks #100poundsdown #dogsofinstagram #rescuedog

Posted by This is Kai on Wednesday, June 12, 2019

Pam qalet li tinsab kunenta u sodisfatta ħafna tara lil Kai kuntent u b’saħħtu f’dar fejn hu maħbub.