Ara toqgħodx fl-ikbar lokalitajiet fil-Gżejjer Maltin

Google Maps

L-aktar lokalità li għandha popolazzjoni għolja hija San Pawl il-Baħar filwaqt li l-inqas hija l-Imdina. Sal-aħħar tas-sena li għaddiet il-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar kienet ta’ 29,097 persuna. Isegwi din il-lokalità hemm Birkirkara b’popolazzjoni ta’ 24,356 u Tas-Sliema 22,591. Il-Mosta hija r-raba’ l-akbar lokalità b’popolazzjoni ta’ 20,988 persuna.

Min-naħa l-oħra l-Imdina hija l-iżgħar lokalità b’popolazzjoni ta’ 243 persuna filwaqt li fl-Għasri ġew irreġistrati 424. It-tielet l-iżgħar lokalità hija San Lawrenz 713 issegwi warajha hemm il-Fontana b’922 persuna.

B’kollox fil-Gżejjer Maltin hawn reġistrati total ta’ 493,559 persuna.