Ara tistax tgħin fis-sejba ta’ dan ir-raġel!

Carmelo Calleja  ta’ 50 sena, ġie irrappurtat nieqes lill-Pulizija aktar kmieni llum. Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija huwa deher l-aħħar fir-residenza tiegħu ġewwa Santa Venera dalgħodu u kien liebes qmis blu tal-flanella, qalziet blu u żarbun blu.

Calleja għandu għajnejn ħodor, xahru bajdanija u ta’ statura medja. Kull min għandu xi nformazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.

L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.