Ara tagħrfux: Żgassa letter boxes f’San Ġiljan

Facebook

Ritratt li deher fuq Facebook juri żagħżugħ li allegatament qed jiżgassa letter boxes u jisraq il-kontenut tagħhom.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident ġie rrappurtat ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30 am. Il-persuna li tidher fir-ritratt għadha ma nstabitx. Il-każ seħħ fi Triq Spinola.