​Ara tagħrafx lil dan ir-raġel!

Il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex tiġi individwata persuna li rmiet televixin fi Triq San David.
Il-każ seħħ din il-ġimgħa fis-6.10am.
Il-Kunsill qal li n-numru tal-vettura ma nqabadx mill-kameras tas-sigurtà.
Uffiċjal ta' WEEE Malta, kumpanija awtorizzata li tiġbor skart elettroniku, rringrazzja lill-Kunsill tal-impenn biex jinġabar sew l-iskart elettroniku. Spjega li hu ċar li l-individwu għandu vann li jużah b’mod kummerċjali, hekk kif fil-kaxxa tal-vann jidher li għandu tliet televixins antiki.
Fakkar li f’kull każ seta’ jirreġistra l-vettura u jidħol f’Civic Amenity Site tal-Wasteserv bla ħlas.
Il-Kunsill tal-Imtarfa, permezz tal-WEEE Trolley, li hija inizzjattiva ta' WEEE Malta, jgħin ukoll biex jinġabar skart elettroniku żgħir.