Ara ta’ min hu dan il-grawnd b’cocktail bar u palm

Inter Miami qed jipproponu stadium state-of-the-art. Dan se jinkludi cocktail bar u siġar tal-palm fuq is-saqaf. David Beckham ilu b’din ix-xewqa li jgħaqqad tim u jiftaħ grawnd għal dawn l-aħħar sitt snin. Hu bi ħsiebu joħloq tim ta’ kwalità għolja, iżda l-proġett ma naqasx milli ġab xi problemi.

L-eks captain Ingliż kellu jwaqqaf il-pjanijiet meta nstab li l-ħamrija fejn kien se jibni l-grawnd kienet ikkontaminata. Iżda l-klabb ma żammx lura milli joħroġ filmat ta’ kif se jkun qed jidher il-grawnd ladarba jitlesta.

Fil-filmat jidher ħajt spettakolari wara waħda mil-lasta. Fuq il-ħajt hemm pjanat li jkun hemm spazju allokat għal cocktail bar u siġar tal-palm. Dan kollu se jkun qed jitlesta sal-2022.