Ara r-Reġina x’se tgħaddi lil Meghan Markle

Meghan Markle u r-Reġina Eliżabbetta qed jingħad li għaddejjin f’diskussjonijiet dwar l-irwol futur tad-Dukessa ta’ Sussex fil-familja Rjali. 

Skont rapporti, jidher li d-Dukessa flimkien mal-Prinċep Harry ltaqgħu mar-Reġina u waqt li xorbu kikkra te iddiskutew il-patroċinji futuri li jista’ jkollha Markle. Jidher li din id-deċiżjoni għandha tixxandar propju fi Frar li ġej. Markle imbagħad tkun trid iżżur l-organizzazzjonijiet u l-għaqdiet karitattivi qabel ma tieħu l-leave tal-maternità.

Minn Diċembru tal-2016, ir-Reġina qassmet aktar minn 20 patroċinju lill-membri l-oħra tal-familja Rjali sabiex tnaqqas mill-piż li għandha fuq spallejha.

Kate Middleton, id-Dukessa ta’ Cambridge ħadet l-irwol ta’ patrun ta’ All England Lawn, filwaqt li l-Prinċep Harry sar patrun tar-Rugby Football Union u r-Rugby Football League.

Il-membri tal-familja Rjali huma patruni ta’ aktar minn 3,000 organizzazzjoni madwar ir-Renju Unit. Fost dawn hemm il-Holocaust Memorial Day Trust, Barnards u Save the Children UK.

Filwaqt li għadu ma ħareġ xeon mill-Palazz ta’ Kensington dwar liema patroċinji se jaqgħu f’idejn Markle, iċ-ċans huwa li dawn ikunu għaqdiet li jiffukaw fuq affarijiet ta’ importanza għaliha, bħall-femminiżmu u l-arti.