Ara presepju oriġinali tal-Milied Għawdxi online din is-sena

Read in English.

Għas-26 sena konsekuttiva Tonio Grech mis-sezzjoni subien tal-M.U.S.E.U.M. tal-fergħa tan-Nadur f’Għawdex bena presepju tal-Milied oriġinali.

Meta tkellem ma’ Newsbook.com.mt, Grech spjega li l-presepju għandu forma ta’ V u nbena bl-użu ta’ figurini ta’ 20ċm, li wħud minnhom għandhom iktar minn 50 sena.

Biċċiet tas-siġar, ġebel u jablo ntużaw flimkien biex jagħtu riżultat uniku.

Ma jonqsux l-effetti speċjali tad-dawl intużaw ukoll, jiġifieri għargħar u LED, biex jipprovdu l-effetti tad-dawl perfetti.

Sfortunatament din is-sena mhux se jkun miftuħ għall-pubbliku u sar biss għat-tfal li jattendu l-fergħa tan-Nadur.

Madankollu, il-presepju jista’ jidher online permezz ta’ ritratti, vidjows u tours virtwali fuq Facebook.