Ara nbidillekx in-numru tal-bieb

Bibien f’għadd ta’ toroq f’Ħal Kirkop, l-Imqabba, Ħal Luqa u r-Rabat inbidlulhom in-numru.
L-Uffiċċju Elettorali elenka fi stqarrija dawn it-toroq, u avża lir-residenti affettwati sabiex ineħħu n-numru l-antik u jweħħlu l-ġdid, skont il-liġi.
Dawn huma t-toroq:
F’Ħal Kirkop: Triq Beneditt Farrugia, Triq Ħal Safi, Triq l-Imdina, Triq Il-Karwija, Triq Il-Lewżiet, Triq Nerik Xerri, Triq Salvu Sacco, Triq Valletta u Triq Wiġi Vella
Fl-Imqabba: Triq Ħal Kirkop
Ħal Luqa: Triq Wied Il-Knejjes
Ir-Rabat: Vjal il-Ħaddiem