Ara minn fejn tista’ tgħaddi jekk sejjer lejn Paceville

Triq Santu Wistin f’Paceville se tkun magħluqa mill-10pm tal-lejla sas-6.00am tal-għada minħabba li se tjkunu qed isiru xogħlijiet ta’ emerġenza f’paceville.

Fi stqarrija l-Enemalta qalet li kaġun ta’ dawn ix-xogħlijiet it-traffiku fid-direzzjoni tal-bajja ta’ San Ġorġ se jgħaddi mill-karreġġjata li tinsab quddiem il-lukanda Intercontinental, filwaqt li t-traffiku fid-direzzjoni opposta se jkun żvijat minn Triq Dragunara. 

L-Enemalta skużat ruħha għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq minħanna dawn ix-xogħlijiet.