Ara min se tkun Margaret Thatcher f’The Crown fuq Netflix

Ir-raba’ staġun tas-sensiela The Crown dalwaqt jibda jinħadem għal Netflix u diġà bdew jintagħżlu dawk li se jaħdmu l-partijiet ewlenin. Ir-raba’ staġun se jkun dwar Margaret Thatcher, l-ewwel Prim Ministru mara li kien hemm l-Ingilterra magħrufa għat-tmexxija soda matul is-snin kollha li damet tiggverna tant li laqqmuha The Iron Lady.

It-Twitter account uffiċjali ta’ The Crown għadu kif ħabbar li Gillian Anderson se taħdem il-parti ta’ Margaret Thatcher. L-attriċi hi magħrufa l-aktar għall-parti li ħadmet fis-sensiela The X Files li għadhom popolari sal-lum.

Ritratt: It-tweet uffiċjali fejn tħabbar li Gillian Anderson se tagħmel il-parti ta’ Margareth Thatcher

Fit-tweet kien hemm ritratt ta’ Anderson u messaġġ mingħandha li fih qalet li hi eċċitata ħafna li kienet se tingħaqad mal-kast u l-cru ta’ The Crown u li se jkollha l-opportunità li taħdem il-parti ta’ mara daqstant kumplikata u kontroversjali.

“Thatcher mingħajr dubju kienet formidabbli ħafna,” kitbet. “Imma qed nieħu gost nesploraha minn taħt il-qoxra u, ikolli ngħid, se nsir inħobb lil din l-ikona li jew tħobbha jew tobgħodha, iddefenixxiet żmienha.”

Sadattant ta’ min jiftakar li kien konfermat li Emma Corrin se tagħmel il-parti ta’ Lady Diana Spencer f’din ir-raba’ sensiela tad-drama.