Ara min se jkun Walker, Texas Ranger il-ġdid

Is-sensiela ta’ suċċess Walker, Texas Ranger li kellha lil Chuck Norris fil-parti ewlenija se tkun qed terġa’ titfaċċa fiż-żmien li ġej.

Jared Padalecki qed jissemma’ bħala l-attur magħżul biex jidħol fil-karattru li kiseb tant suċċess għal Chuck Norris.

S’issa hemm il-ħsieb li jitlesta l-episodju pilota u jiġi ppreżentat lill-istazzjonijiet televiżivi Amerikani, u jekk jintlaħaq ftehim, imbagħad Walker, Texas Ranger jinħadem bħala sensiela.

Padalecki bħalissa għaddej bil-ġbid tal-aħħar staġun tas-sensiela Supernatural li se jintwera sa’ nofs is-sena d-dieħla, u għalhekk jekk il-proġett jintlaqa’ se jkun tajjeb għalih li jserraħ moħħu minn aktar xogħol wara t-tmiem ta’ din is-sensiela li ilha għaddejja mill-2005.

Walker, Texas Ranger b’Chuck Norris inħadmet bejn l-1993 u l-2001. B’kollox kien hemm 202 puntata minbarra l-film li kien in]adem fl-2005.

Fis-sensiela l-ġdida, lil Padalecki narawh bħala Walker, li issa jkun armel b’żewġt ulied u li ilu 15-il sena rtirat.

Però jispiċċa biex jerġa’ jidħol f’għadd ta’ avventuri oħra.