Ara min se jilgħab f’Ħadd Għalik

Waqt il-programm Ħadd Għalik tal-lum il-Ħadd 26 ta’ Jannar, Angie Laus se tkun qed tilqa’ 8 parteċipanti oħra li se jkunu qed jinqasmu f’żewġ gruppi, dawk ta’ Maltin li jgħixu barra minn xtutna, u dawk il-barranin li qed igħixu f’pajjiżna.

Kollha għandhom storja warajhom, u llum se nsiru nafu aktar dwarhom.

Il-Maltin li jgħixu barra

Ritratt: The Fotografer

Nathalie Micallef: Marret tgħix il-Greċja minħabba relazzjoni li kellha. Iżda din ir-relazzjoni ma’ rnexxitx però xorta baqgħat tgħix hemm. Ma marritx bl-ajruplan imma off roading minħabba il-fenek li kienet tqisu bħala t-tifel tagħha.

Michela Briffa – Ilha kważi 10 snin tgħix fir-Renju Unti u qegħda tistudja l-inġinerija mekkanika. Mhux beħsibha tiġi lura Malta, mhux għax ma’ tħobbx dan il-pajjiż imma minħabba t-temp.

Jan Lucas Zehlicke –  Ilu jgħix fil-Lussemburgu għal dawn l-aħħar sena u nofs u jaħdem bħala traduttur.

Annaliese Micallef Grimaud – Marret tgħix fir-Renju Unit biex tistudja fuq ix-xjenza tal-mużika. L-għarus tagħha qiegħed Malta u ma’ jdejjaqha xejn li għandha long distance relationship.

Il-Barranin li jgħixu Malta:

Ritratt: The Fotografer

Hamdi Madkour – Iżżewweġ mara Maltija u ser jirrakonta l-istorja kif l-imħabba tagħhom bdiet meta għenha finanzjarjament waqt mument diffiċli li kienet għaddeja minnu.

Florina Silvio – Tirrakkonta stejjer li għaddiet minnhom bħala terapista minħabba li għadha ma tafx il-Malti sew. Ngħidulkom biss li darba lil pazjent minflok ma’ qaltlu ‘tista’ toħroġ barra’, qaltlu ‘tista’ toħroġ, baqra!’

Dounia Borg – Ġiet vaganza Malta u ma reġgħet marret lura għax iltaqgħat mar-raġel ta’ ħajjitha. Lil missierha qaltlu b’telefonata li se tibqa’ Malta għal kollox.  

Khaled Riani – Ħafna nies jafuh jirreċta bħala l-Ginger. Se nkunu nafu minn fejn ġie dan il-laqam. U fit-tieġ għamel xi ħaġa speċjali li aħna qatt ma’ smajna li ġrat.

Ritratt: The Fotografer

Ħadd Għalik jixxandar fuq TVM f’12.15pm.