Ara min rebaħ l-ewwel tellieqa mill-Open Water Swimming

Il-kampjonati Arena Birkirkara St. Joseph Open Water Swimming ingħataw il-bidu nhar l-Erbgħa ġewwa l-bajja tas-Salina permezz tal-ewwel tellieqa tas-serje. 71 għawwiem ħa sehem fil-korsa ta’ żewġ kilometri filwaqt li kienu 5 atleti li ħadu sehem fit-tellieħa ta’ kilometru.

Fil-kategorija tan-nisa, Sarah Demicoli ħadet il-podju għal darba oħra hekk kif iddominat din il-pożizzjoni għal dawn l-aħħar ftit snin. Fit-tieni post ġiet Nicole Saia filwaqt li t-tielet post intrebaħ minn Adriana Ferreira Massa.

Andre Camilleri rebaħ il-kategorija tal-irġiel. Fit-tieni u t-tielet post ġew Thomas Woods u Stefano Debono Grech rispettivament. Bħalissa Demicoli u Camilleri qegħdin jitħarrġu għall-FINA/CNSG Marathon Swim World Series u l-Kampjonati Junior Ungeriżi fejn se jkunu qed jikkompetu fit-tlielaq tal-10km u l-5km rispettivament.

It-tellieqa li jmiss tal-Kampjonati Arena Birkirkara St. Joseph tal-Open Water Swimming se ssir nhar l-Erbgħa 12 ta’ Ġunju fis-6:30 pm. Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir onlajn jew sa siegħa qabel il-bidu tat-tellieqa.