Ara min rebaħ l-10 rawnd mill-kampjonat tal-Gozo Model Car Association

L-għaxar u r-rawnd finali mill-kampjonat tal-Gozo Model Car Association intrebaħ minn Christian Farrugia mill-Klassi Truggies u minn Miguel Attard mill-Klassi tal-Buggies. Il-Kampjonat tal-Buggies intrebaħ minn Andrew Zammit b’55 punt. Fit-tieni post ġie Miguel Attard b’52 punt u fit-tielet post ġie Gary Barber b’37 punt.

Is-Sibt li ġej se tkun organizzata l-finali tal-Mega Event Season tal-2019 ġewwa t-trakka Ta’ Xhajma fit-8:00am.