Ara min rebaħ it-tlielaq tal-għawm bejn Malta u Għawdex

Il-Birkirkara St. Joseph Sports Club ospita l-kampjonati annwali tal-għawm Festina Malta–Gozo-Malta u l-Gozo-Malta, li saru taħt l-awspiċji tal-Aquatic Sports Association of Malta. Ir-Rebbieħa Nazzjonali tal-Għawm tal-Open Water Leah Satariano għamlet id-debutt tagħha s-Sibt filgħodu fit-tellieqa Malta-Gozo-Malta. Satariano irnexxiela tirbaħ it-tellieqa, meta spiċċat id-distanza ta’ 11-il kilometru f’ħin ta’ 03:02:13. Anjelika Ruggier u Kamilla Boross spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Robert Vella kklassifika fit-tieni post wara Satariano fit-tellieqa ġenerali u ġie l-ewwel mill-irġiel. Warajh daħal Nicholas Desira li ġie t-tielet fit-tellieqa ġenerali u t-tieni mill-irġiel. Fit-tielet post mill-irġiel daħal Kristjan Briffa.

It-tellieqa Gozo-Malta ntrebħet minn Stefano Debono Grech. Warajh daħlet Hannah Cutajar. Flimkien ma’ Debono Grech, fuq il-podju tal-irġiel kien hemm Mark Sammut u Enrico Ferluga li daħlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Fuq il-podju tan-nisa ma’ Hannah Cutajar kien hemm Daniela Apap Bologna u Rosette Pace li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.