Ara min rebaħ il-Monthly Medals tar-Royal Malta Golf Club

Membri tar-Royal Malta Golf Club Quint Van Beek, Richard Gray u Paul Howes rebħu l-BOV Monthly Medal, l-1 Diviżjoni għal Lulju, Awwissu u Settembru 2019, rispettivament.

Il-BOV Monthly Medal hija waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi fil-kalendarju tar-Royal Malta Golf Club. Din issir kull xahar tulis-sena. Il-kompetizzjoni tkun maqsuma f’erba’ diviżjonijiet.

Il-kompetizzjoni hija appoġġjata mill-Bank of Valletta bħala parti mill-impenn tiegħu lejn l-isport lokali.

Giovanni Cachia, mill-BOV Wealth Management, flimkien mal-Captain tar-RMGC Thomas Jacobsen ippreżentaw il-midalji lir-rebbieħa u lil dawk li ġew fit-tieni post fl-erba’ diviżjonijiet u awgurawlhom għas-suċċess li kellhom.

Il-BOV Midalji tax-Xahar ġew ippreżentati kif ġej:

Lulju – Div 1 Quint Van Beek, R/Up A Borg; Div 2 R Reeves, R/Up K Hummel; Div 3 K

McSherry; R/Up G Spiteri; Div 4 V Portelli

Awwissu – Div 1 R Gray, R/Up N Urpani; Div 2 C Kahraman, R/Up M Siddall; Div 3 G

Spiteri, R/Up J Janula; Div 4 V Portelli

Settembru – Div 1 P Howes, R/Up A Borg; Div 2 T Jacobsen, R/Up I Sausmekat; Div 3

N Boyd, R/Up D Hansen; Dv 4 V Portelli