Ara min rebaħ il-kampjonat tal-bowling

FINA rnexxielhom jirbħu u jikklassifikaw fl-ewwel post wara li għelbu lit-tim ta Turu’s Knights 8-0 fl-aħħar ġurnata mill-kampjonat. OKMalta.com rebħu b’6 punti biss kontra Blexr.com.

It-tim FINA, magħmul minn Sue Abela, Justin Caruana Scicluna, Philip Gruppetta, Matthew Magro u Mark Muscat kellhom staġun tajjeb ħafna, fejn mhux biss il-plejers kollha tagħhom spiċċaw b’medja ta’ aktar minn 200 pin, iżda tnejn mill-plejers tagħhom kisbu wkoll l-aqwa medja ta’ pins, f’kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel. It-tim ta’ Supersonic spiċċa fit-tielet post għall-ewwel darba wara biss żewġ staġuni fl-ewwel divizjoni tal-MAPFRE MSV Life.